Ekonomija Kummerċ Lokali

87% mhux kuntenti b’dak li offra l-Gvern

57% iddikjaraw li ma jistgħux ikampaw wara l-għajnuna li tagħhom il-gvern

40% tal-ħwienet f’pajjiżna diġa’ għalqu l-bibien tagħhom minħabba l-Coronavirus. Terz tal-businesses huma inkwetati kif se joħorgu l-pagi. L-għajnuna tal-Gvern qed iddum biex tasal. F’din il-kriżi, għandhom jitraħħsu l-kontijiet tad-dawl u ilma.

Dawn huma biss ftit mill-konklużjonijiet li joħorgu minn studju li sar mill-Kamra tal-SMEs biex tevalwa l-impatt tal-pandemija fuq in-negozji, is-sitwazzjoni s’issa ma tjiebitx ħafna.

Mill-istħarriġ joħroġ ċar li 87% mhux kuntenti b’dak li offra l-Gvern sa issa biex jgħin lin-negozji u lill-ħaddiem, b’1 minn kull 100 biss jgħidu li sodisfatt bil-pakketti li preżenta l-Prim Ministru Robert Abela.

57% iddikjaraw li ma jistgħux ikampaw wara l-għajnuna li tagħhom il-Gvern.

It-tħassib ewlieni għan-negozji jibqa’ l-ispejjeż tal-pagi b’31% qed jinkwetaw li mhux se jkunu jistgħu jħallsu lill-impjegati tagħhom.

18% qed jippjanaw li jkeċċu l-ħaddiema tagħhom, dan apparti dawk it-12% li sfortunatament diġa kellhom jagħmlu dan.

22% jiddikjaraw li talbu lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) għall-approvazzjoni dwar it-tibdiliet li għamlu fil-ftehimiet tax-xogħol mal-impjegati tagħhom. 12% jiddikjaraw li bdew is-sensji sa ċertu punt.

Anke l-kirjiet jkomplu jkunu ta’ tħassib kbir b’25% jiddikjaraw li jixtiequ jaraw xi forma ta’ intervent.

Jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma, 19% tan-negozji jaraw lilhom infushom li kapaci jagħmluha lil hinn minn 3 xhur oħra.

Madwar 45% tas-sidien tan-negozji u tal-impjegati jiddikjaraw li s-saħħa mentali tagħhom ġiet affettwata b’mod sinifikanti.

L-istudju sar bejn ir-4 u d-19 ta’ April, u t-360 negozju li pparteċipaw ikopru s-setturi ekonomiċi kollha –  stħarriġ li ħareġ wara t-tielet pakkett imħabbar minn Robert Abela.