L-Università ta’ South Wales, fir-Renju Unit, qalet li żviluppat testing kit tal-coronavirus li kapaċi jipproduċi riżultati ta’ jekk pazjent ikunx pożittiv jew le fi żmien nofs-siegħa. Filwaqt li s-sistema trid tgħaddi minn evalwazzjoni biex l-awtoritajiet jikkonvinċu ruħhom mill-preċiżjoni tagħha, il-bord tas-saħħa lokali tan-National Health Service qal li hemm is-sinjali bikrin inkoraġġanti.
Din hi waħda minn diversi provi għal djanosi rapida tal-coronavirus li qed ikunu żviluppati fir-Renju Unit – bix-xjenzati ma’ Norwich Research Park qegħdin jaħdmu fuq prova li mistennija tagħti riżultati jerġa’ aktar malajr u li tibbaża fuq il-metodi simili għall-Università ta’ South Wales.
L-Università ta’ Exeter, intant, żviluppat test fuq bażi ta’ ‘multiplex’ u li kapaċi jevalwa sinjali ta’ infezzjoni attwali flimkien ma’ antibodies fil-ġisem li jindikaw każ ta’ infezzjoni preċedenti.
Din il-prova wkoll tinsab fil-proċess ta’ evalwazzjoni, bix-xjenzati f’Exeter qed imexxu l-provi f’St Thomas’s Hospital f’Londra. Huma qed jgħidu li, f’każ li tirnexxi din il-prova, il-pazjenti, ‘il quddiem, ‘jkunu jistgħu jsiru jafu s-sitwazzjoni tagħhom f’sempliċi ħames minuti’.
//= $special ?>