Coronavirus Lokali Saħħa

“Għandu jitwaqqaf Istitut ta’ Riċerka” – Anti Poverty Forum

F’dan il-mument diffiċli li pajjiżna jinsab għaddej minnu, numru  ta’ familji qed jitolbu aktar għajuna fir-rigward ta’ dak li huwa l-aktar baziku … ghajnuna ghall-ikel.

Dan intqal mill-Anti Poverty Forum fi stqarrija, fejn gie spjegat illi bhalissa x-xelters ta’ emerġenza jinsabu kollha mimlijin, u għalhekk hemm persuni li jinsabu bla saqaf fuq rashom.

Fuq inizjattiva personali, numru ta’ sidien ta’ djar, naqqsu l-ħlas mitlub minnhom sabiex jgħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn. Il-Forum qed jappella biex iktar sidien ta’ isegwu dan il-pass.

Fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus, il-pensjonanti qed ikomplu jigu affetwati mill-anomalija li teżisti fis-sistema tal-pensjonijiet, hekk kif iktar minn qatt qabel għandha tiġi riveduta id-diskrepanza li teżsiti bejn il-pensjonanti li jaqgħu f’Kategorija A  u dawk li jaqgħu f’Kategorija B.

Il-Forum jinsab imħasseb ukoll dwar iż-żieda fl-ispiża ta’ ħtiġijiet essenzjali ta’ għajxien fejn ċerti ħwienet qed jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjoni attwali. 

Għalhekk dawn it-tlettax-il organizzazzjoni li jiffurmaw parti mill-Anti Poverty Forum qed jitolbu miżuri proattivi biex ikun assigurat li l-organizzazzjonijiet u gruppi vulnerabbli jkunu protetti b’mod adegwat.

Huma jirrakomandaw li jitwaqqaf Istitut ta’ Riċerka kompetenti biex jimmonitorja kwistjonijiet relatati mal-faqar ….u jagħti rakkomandazzjonijiet bikrija biex jinbidlu l-policies sabiex l-impatt tal-pandemija fuq il-vulnerabbli ikun imnaqqas kemm jista’ jkun malajr.