Ma’ kull ġurnata li tgħaddi qed tkompli tissaħħaħ il-vuċi tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll tal-imsieħba soċjali f’pajjiżna biex il-Gvern juri solidarjetà ma’ kulħadd u jkun ta’ sostenn għal kull min qiegħed ibati f’dan il-perjodu ferm diffiċli għal pajjiżna u għad-dinja.
U f’dawn l-aħħar ġimgħat rajna Oppożizzjoni kostruttiva li ħarġet b’numru ta’ proposti għal kull settur f’pajjizna li gie affettwat minn dan il-virus.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien intervistat waqt il-programm Indepth…fejn spjega li l-PN ħareġ b’ideat dwar kif għandha niġġieldu l-Coronavirus. Din mhix ġlieda partiġġjana, iżda l-obbligu tal-Oppożizzjoni huwa li nagħmlu mill-aħjar biex dan il-virus jaffetwana bl-inqas mod possibbli.
Adrian Delia qal li l-Gvern missu ħareġ b’miżuri ta’ għajnuna mal-ewwel u mhux kellu jerġa’ jirrivedi l-ewwel sett ta’ miżuri.
Adrian Delia saħaq illi kieku għalaqna l-fruntiera ta’ pajjizna imqar ġimgħa qabel, kieku konna nnaqqsu l-ammont ta’ każi impurtati.
Rigward il-bini tal-isptar pre-fabricated, Adrian Delia saħaq li kieku Vitals u Steward għamlu l-investiment li kellhom jagħmlu, kieku għandna l-isptarijiet lesti għall-pazjenti b’iktar minn 800 sodda.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal illi kienet ir-reposabbiltà tiegħu li jkun involut fid-diskussjonijiet li kienu qed isiru rigward dan il-virus. Il-messaġġ tal-PN dejjem kien…u se jibqa’… biex in-nies jisimgħu mill-pariri tal-awtoritjiet tas-saħħa.
//= $special ?>