L-aħħar statistika mill-Kummissjoni tas-Saħħa Nazzjonali taċ-Ċina indikat ‘data żblajata’ relatata għal mijiet ta’ persuni li kienu tniżżlu bħala ‘pazjenti tal-coronavirus li fiequ jew li intbagħtu mill-isptar’ fil-belt ta’ Wuhan.
L-ammont ta’ nies li fiequ mill-effetti tal-virus f’Wuhan kien irrappurtat mas-47,300 nhar il-Ġimgħa, iżda l-awtoritajiet lokali, fl-aħħar sigħat u ‘bil-kwiet kollu’, irrevedew iċ-ċifra għal 46,359.
Dan ħalla wkoll effett fuq iċ-ċifra nazzjonali ta’ nies li fiequ mill-Covid-19 – li niżlu minn 77,944 fiċ-Ċina ( fi tmiem il-ġimgħa) għal 77,084.
Meta, jiem ilu, il-gvern muniċipali f’Wuhan irreveda l-ammont ta’ każi u imwiet ikkonfermati mill-coronavirus — fost stqarrija li ‘mietu 1,290 addizzjonali’ — l-ispjegazzjoni kienet li d-dawmien biex toħroġ l-informazzjoni kien dovut għall-fatt li xi pazjenti mietu f’darhom; xi ‘żbalji fis-sistema’ u persuni li ddaħħlu l-isptar u li ma għaddewx informazzjoni lin-network ċentrali.
Iżda ċ-ċifri uffiċjali tal-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa fiċ-Ċina issa jissuġġerixxu li sa 941 każ tal-Covid-19 f’Wuhan kienu rappurtati – bi żball — bħala ‘każi li fiequ’ tul l-aħħar tliet xhur.
//= $special ?>