Il-prezz internazzjonali taż-żejt reġa’ raħas għal livelli rekord iżda l-Gvern qed jibqa’ jaħrab milli jgħin lil dawk l-iktar fil-bżonn. U mhux lest jaħtaf l-opportunità tar-roħs fuq livell internazzjonali biex iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ħalli verament jgħin lill-familji Maltin u Għawdxin.
Dwar dan, staqsejna b’mod dirett lill-Ministru Roderick Galdes li iżda fi tweġiba tiegħu wera li l-Gvern mhux se jraħħas il-kontijiet.
Mhux hekk biss, iżda l-Gvern qed jagħżel li jirredikola l-proposta tal-PN biex jorħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jiġu mgħejjuna l-familji Maltin u Għawdxin.
Fl-aħħar jiem smajna li minħabba ftehim li hemm maċ-Ċiniżi, il-kontijiet ma jistgħux jorħsu u allura kien għalekk li staqsejna jekk hemmx modi oħra li dan jista’ jsir iżda bqajna mingħajr risposta.
F’din il-konferenza tal-aħbarijiet, erġajna smajna l-ftaħir bit-tielet pakkett finanzjaru ta’ Robert Abela, pakkett li l-Gvern qed jibqa’ jiftaħar bih, minkejja li nesa faxex differenti ta’ haddiema.
Il-Gvern kien qed iniedi inizjattiva għat-tindif fil-housing estates tal-Gvern, skema li se taghmel tajjeb għaliha l-kumpanija privata OZO Malta.
//= $special ?>
