– Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina semma’ żewġ toroq li fihom il-Gvern għamel xogħlijiet bla permessi u f’każ minnhom lanqas hemm informazzjoni jekk fil-fatt il-Gvern applikax għall-permess.
Fil-parlament d-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li l-iskop tal-liġi hu li d-deċiżjonijiet u s-seduti jkunu jistgħu isiru b’mod elettroniku.
Hu sostna li l-permessi għal xogħlijiet fi Triq tal-Balal u f’Wied Qirda inħarġu wara li x-xogħlijiet tlestew u għalhekk hu minnu li l-gvern qed jagħmel xogħlijiet bla permess.
Hu staqsa jekk sarux konsultazzjonijiet qabel tressaq l-abbozz ta’ liġi mal-professjonisti li jkunu inovluti fit-tribunali u mal-għaqdiet volontarji biex ikunu salvagwardjati l-interessi tal-partijiet kollha.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali indikati fil-liġi għandhom ikunu speċifikati u sostna li wara l-COVID-19 se jkun bidliet fl-operat ta-xogħol fil-pajjiż. Għalhekk l-interessi tal-partijiet kollha għandhom ikunu salvagwardjati għaliex mhux kulħadd għandu l-aċċess għall-internet.
Hu qal li għandhom ikunu l-partijiet li jiddeċiedu jekk is-smiegħ isirx b’mod elettroniku inkella jekk l-appell ikunx differit għal meta l-pandemija tgħaddi.
Toni Bezzina appella biex il-Bord tal-Appell jkollu l-proċessi burokratiċi mnaqqsa iżda dawn m’għandhomx jinqatgħu b’mod fiżiku.
//= $special ?>