Silvio Schembri u l-Malta Enterprise qegħdin jgħidu li l-għajnuna lis-self employed u l-kumpaniji se tilħaq 12,553 self employed fin-negozju, meta skont l-aħħar Labour Force Survey f’pajjiżna hawn 40,030 self employed. Għalhekk wieħed jistaqsi x’se jiġri mill-kumplament tas-self employed?, Jista’ l-Gvern jgħid x’se jsir mill-kumplament tas-self employed li minkejja n-negozju mhux magħluq uffiċjalment, huma bla xogħol u jilħqu madwar 27,926 familja.
Din l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista kienet iffimata minn Edwin Vassallo – Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi, Kristy Debono – Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Investiment Ekonomiku u Negozji Żgħar, is-Servizzi Finanzjarji u l-Aċċessibbiltà għall-Fondi u Budget Ewropej u Clyde Puli – Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u t-Tiġdid tad-Dinja tax-Xogħol u d-Djalogu Soċjali Parteċipattiv
Skont il-Gvern huma 62,766 l-ħaddiema li qed jirċievu €800 jew parti minnhom, x’se jiġri mill-110,000 l-oħra? Minn dawk li huma bla xogħol jew ma jistgħux imorru għax-xogħol u għandhom il-post tax- xogħol tagħhom magħluq?
Il-Partit Nazzjonliatsa jinnota li minkejja l-ftaħir tal-Gvern bl-aqwa żmien, kien mistenni li jgħin iktar self employed u ħaddiema għaliex dawn huma nies li jinsabu f’diffikultajiet u li għandhom familji. Il-PN jistenna li l-Gvern jgħin tassew lis-self employed u l-ħaddiema biex meta jgħaddi dan iż-żmien tal-imxija tal-COVID-19 pajjiżna tassew ikun jista’ jerġa’ jibda jimxi ‘l quddiem.
Il-PN jħeġġeġ lill-Gvern iħares lejn dawn il-problemi, fejn qed ifalli li jgħin u ma jibqax jaljena lill-poplu mill-falliment tiegħu li jgħin lil min tassew għandu bżonn l-għajnuna.
//= $special ?>