– Kevin Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li l-mezzi elettroniċi fix-xogħol għandhom jintużaw mhux biss fi żmien ta’ kriżi.
Fil-parlament Kevin Cutajar qal li issa hemm sitwazzjoni fejn hemm l-ERA fuq naħa u l-Awtorità tal-Ippjana fuq naħa oħra iżda kollox taħt ministeru wieħed. Hu staqsa jekk din hix irtirata parzjali tal-Gvern u qal li l-Oppożizzjoni għandha diversi riservi dwar l-abbozz.
L-inizjattiva biex l-awtoritajiet jużaw iktar il-mezzi elettroniċi hi waħda pożittia iża ma ajgħmilx sens li kellha tkun il-kriżi tal-COVID-19 biex il-Gvern induna b’din il-faċilità li issa ilha s-snin tinuża fil-pajjiż. Il-Gvern ma kellux jistenna li tasal kriżi.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fl-aħħar seba’ snin il-gvern ippompja l-bini bla rażan u bla pjan tant li llum hawn ħafna nies li qed ikollhom kosnegwenzi kbar minħabba l-inkonvinjenti tal-kostruzzjoni.
Fost dawn hemm l-anzjani. Il-Gvern għandu jassigura li dawn in-nies jgħixu fil-kwiet u fis-sigurtà. Il-Gvern jeħtieġ li jġib bilanċ minħabba li l-Gvern qed iwettaq politika żbaljata. Fid-dipartimenti tal-Gvern illum għadhom jintużaw sistemi mhux modernizzati biżżejjed.
L-abbozz qed jintroduċi tliet aspett fejn jintużaw il-mezzi elettroniċi fosthom is-seduti tat-tribunal, il-preżentata tal-atti fis-seduta u l-preżentata tal-atti fl-appelli u fir-risposti. Il-liġi għandha tmur lil hinn minn sitwazzjonijiet eċċezzjonali.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-persuni li ma jistgħux juża il-mezzi elettoroniċi u qal li għandu jkun ikkunsidrat li f’każi eċċezzjonali jkun hemm il-possibbiltà li l-pagamenti jkunu jistgħu jsiru bil-posta.
//= $special ?>