Il-prezz taż-żejt fl-Istati Uniti kompla jinżel għal livelli baxxi storiċi fi kwistjoni ta’ sigħat u fost nuqqas ta’ domanda.
Dan fost indikazzjonijiet konkreti li l-valur għal kull barmil, bħalissa, hu ta’ $5 dollari.
Dan waqt li l-prezz għal kull barmil ta’ West Texas Intermediate (WTI) — is-sistema li tevalwa l-valur taż-żejt Amerikan — waqa’ b’aktar minn 50 fil-mija f’perjodu qasir ħafna.
Id-daqqa ‘l isfel inkredibbli fil-prezz taż-żejt hi konsegwenza tal-pandemija tal-coronavirus u meta r-riperkussjonijiet qed jimponu pressjoni kbira fuq is-swieq . Il-faċilitajiet għall-ħażna taż-żejt, fil-preżent, qegħdin ibatu biex iżommu l-ammonti ta’ żejt eżaġerati u dan qed ikompli jnaqqas mill-prezz ta’ barmil — sa dawn il-livelli storiċi.
L-esportaturi taż-żejt ewlenin bħall-OPEC u alleati li jinkludu r-Russja diġà qablu biex inaqqsu l-produzzjoni taż-żejt b’ammonti rekord — u waqt li l-Istati Uniti wkoll ħadet deċiżjoni kummerċjali biex tnaqqas mill-produzzjoni, id-dinja. illum, xorta għandha ‘aktar żejt mhux irraffinat milli kapaċi tuża.’
Intant, teħtieġ bidla drastika f’aspetti ta’ domanda biex is-suq taż-żejt jirkupra ‘il quddiem — u dan jiddependi minn kif tiżvolġi l-kriżi fis-setturi tas-saħħa madwar id-dinja fost l-impatt mill-pandemija attwali
//= $special ?>