Lokali

L-awtorità tal-ambjent tikkundanna ħsarat ambjentali

L-awtorità tal-ambjent u r-riżorsi ġiet mgħarrfa dwar każ ta’ rimi ta’ materjal f’sit fil-Baħrija/Imtaħleb nhar it-Tlieta 14 ta ’April filgħaxija.

Minnufih uffiċjali mill-istess awtorità bdew l-investigazzjonijiet tagħhom kif ukoll avżaw lid-Direttorat għall-Infurzar tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar dan il-każ

Qed jiġi wkoll investigat każ ieħor, din id-darba minħabba li diversi siġar protetti ġew vandalizzati fid-Dwejra. L-ERA tinsab f’kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz sabiex tittieħed azzjoni dwar dan il-vandaliżmu. L-ERA tikkundanna kul tip ta’ vandaliżmu.