Edukazzjoni Lokali

L-GĦSL tappella biex l-Università ma taħdimx kontra l-istudenti

L-GħSL mill-ġdid tenniet t-talba tagħha lill-Bord tal-Fakultà biex jindirizza l-ilmenti miġjuba mill-istudenti, billi jaħdmu flimkien ma’ u għall-istudenti u mhux kontrihom.

L-Għaqda Universitarja qalet dan permezz ta’ stqarrija fejn fost l-oħrajn irreagixxiet għal dak li qalet l-Univeristà ta’ Malta fl-aħħar jiem fejn qed ittenni li numru ta’ statments mill-Università mhux tajba u anzi huma ta’ misgwida.

Huma mill-ġdid saħqu li mhux ġusta li kontra kull appell l-Università qed timponi fuq l-istudenti eżamijiet online mid-dar.

Fost l-oħrajn l-Għaqda Studenti tal-Liġi appellat biex id-Dipartimenti konċernati jwasslu l-lekċers li jeħtieġu li jwasslu għall-istudji li l-istudenti tal-liġi qed jagħmlu. Huma qalu li s’issa 20 lekċer ġew imħassra/posposti fl-aħħar ġimgħat.