Basketball Sport

MINUTA MILL-PASSAT: Meta Wilt Chamberlain għamel 100 punt f’logħba basketball

2 ta’ Marzu 1962. Il-mument meta plejer fid-dinja tal-basketball – Wilt Chamberlain irnexxielu jagħmel 100 punt f’partita waħda. Fil-Hershey Park Arena f’ Hershey f’Pennsylvania, intlagħbet il-partita li skont l-NBA hija waħda mill-aqwa partiti ta’ kull żmien.

Il-partita bejn Philadephia Warriors u NewYork Knicks. Meta kien għad fadal 46 sekonda biss biex tintemm il-partita, Wilt Chamberlain kien diġà għamel xejn anqas minn 98 punt waħdu. F’azzjoni offensiva għola fuq ħames plejers ta’ New York  biex b’dunk żied żewġ punti oħra sabiex sar l-ewwel plejer li għamel 100 punt f’partita.,

Xeni indeskrivibbli fl-Arena fejn aktar minn 200 spettatur spiccaw fil-court. Kien ghad fadal 46 sekonda x’jintlagħbu u skont ma jirrizulta minħabba dak li nqala’ fil-court, dawn l-aħħar sekondi qatt ma ntlagħbu u l-partita litteralment intemmet mal-100 punt ta’ Wilt Chamberlain.