Il-Prinċep Harry u martu Meghan – id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex – infurmaw lill-gazzetti ‘tabloids’ tar-Renju Unit li qed itemmu kull kooperazzjoni magħhom. Dan meta l-koppja jinsabu urtati għal kif huma qed ikunu mpittra u trattati minn sezzjoni tal-istampa Britannika.
Rappreżentant tal-koppja, f’ittra lill-edituri tal-gazzetti u l-websajts ta’ The Sun, The Mirror, Daily Mail, Daily Mirror u d-Daily Express, qal li l-pass ittieħed minħabba ‘l-istejjer qarrieqa, foloz jew invażivi’ pubblikati dwar id-Duka u d-Dukessa.
Harry u Meghan qalu li ma jridux joffru lilhom infushom bħala ‘sors għal stejjer li ma jibbażawx fuq verità u li jesponuhom għall-kurżità tan-nies’.
Il-koppja, fl-aħħar ġimgħat, irrelokaw għal Kalifornja, fl-Istati Uniti, u ladarba huma warrbu mill-impenji tagħhom bħala membri ewlenin tal-Familja Rjali.
//= $special ?>