L-Għaqda Soċjalista Pulse esprimiet id-diżappunt tagħha wara li l-istudenti li huma impjegati fuq bażi part-time mhux se ikunu eliġibbli għas-supplimemt ta’ €500 mill-Gvern minħabba li jirċievu l-istipendju ta’ kull xahar.
Il-Pulse qalu li mhux faċli li tkun student fuq bażi full-time u żżomm ix-xogħol part-time fl-istess ħin, u dan tagħmlu biex tlaħħaq aktar mal-ispejjeż.
Huma qalu li €90 fix-xahar mhux biżejjed biex student ikampa finanzjarjament. L-Għaqda Pulse sostniet li f’pajjiżna qed ngħixu f’soċjetà fejn l-istudenti huma mħeġġa jaħdmu, madanakollu din il-miżura hija kontradittorja u qiegħda tippenalizza lil dawk li jaħdmu part-time. Il-Pulse komplew billi qalu li din hija xi ħaġa inġusta.
L-Għaqda studenteska Pulse qalu li l-istudenti m’għandhomx jiġu f’pożizzjoni fejn ikollhom jagħżlu bejn jieħdu l-istipendju jew is-suppliment tal-Gvern, speċjalment meta hawn ħafna student, li jaħdmu part-time għalihom “mhux għażla iżda neċessità biex ikunu jistgħu jgħinu lill-familja tagħhom”.
//= $special ?>