Sport

10 snin mill-mewt tal-Eks President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Juan Antonio Samaranch

(Ritratt: EPA)

21 TA’ APRIL 2010

Bħal-lum għaxar snin ilu miet fl-età ta’ 89 sena l-Eks President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Juan Antonio Samaranch. Hu miet fi sptar f’Barcelona wara li kien qed ibati minn attakk qawwi tal-qalb. L-Ispanjol kien elett President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fil-Kungress ta’ Moska fl-1980. Hu baqa’ President sas-sena 2001, bil-Belġjan Jacques Rogge jkun is-suċċessur tiegħu. Minn dakinhar kien inħatar President Onorarju tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

Samaranch kien żar pajjiżna erba’ darbiet bejn l-1984 u l-1999. L-ewwel okkażjoni kienet fil-15 ta’ Mejju tal-1984 għall-Kunsill tal-Konferenza Ewropea għall-Ministri tal-Isport. It-tieni okkażjoni kienet fil-25 ta’ Mejju tal-1993 biex fetaħ uffiċjalment il-ħames edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Fl-1995 għamel żjara qasira biex ingħata l-Honoris Causa mill-Università ta’ Malta u fl-1999 attenda kif ukoll indirizza l-Konferenza Ewropea għall-Ministri tal-Isport.