Internazzjonali

Coronavirus: L-Italja tippjana biex tnaqqas il-miżuri tal-lockdown

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte, qal li l-Italja għandha tħabbar pjan biex toħroġ b’mod gradwali mis-sitwazzjoni tal-lockdown lejn l-aħħar tal-ġimgħa.

Iżda Conte — f’messaġġ fuq Facebook — qal li l-pajjiż ma jistax iwarrab għall-politika ta’ ‘kawtela massima’ u fisser li l-Italja qed taħseb biex tavviċina livell ta’ normalità skont pjan li jibbaża fuq ‘politika xjentifika serja’.

Għaldaqstant, wieħed jista’ jistenna li l-miżuri tal-lockdown jonqsu xi ftit mill-4 ta’ Mejju — dejjem skont l-indikazzjonijiet tal-Prim Ministru.

L-Italja rappurtat 24,114 mewta mill-coronavirus li hi l-ogħla ċifra tal-mewt għall-Ewropa.

Id-data li ngħatat fil-bidu tal-ġimgħa uriet li n-numru ta’ Taljani kkonfermati uffiċjalment bħala infettati bil-coronavirus naqas għall-ewwel darba mindu feġġet il-pandemija fil-pajjiż — b’dan qed jitqies bħala ‘żvilupp pożittiv’.