Coronavirus Lokali

“Iktar ma Robert Abela jipprova jifred il-pajjiż, iktar Adrian Delia se jisħaq li ningħaqdu bħala poplu”

Wara l-awtoritajiet tas-saħħa u l-forzi tal-ordni bħala poplu wieħed

L-armata mhix ta’ Robert Abela imma tal-poplu, u ta’ pajjiżna. Jekk il-Prim Ministru se jibqa’ jaqa’ fil-baxx bil-gideb, il-Kap tal-Oppożizzjoni iktar se jħaddan il-verità. Jidher li l-arma tal-gideb u l-qerq saret l-unika arma tal-Partit Laburista.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija fakkar illi:
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qatt ma għamel tiegħu l-allegazzjonijiet kontra membri tal-Forzi Armati. Filfatt darba, darbtejn fuq il-programm ‘Realtà ilbieraħ filgħaxija qal li kieku kien hu, qatt ma kien jagħmel dak ir-rapport u reġa’ sellem u rringrazzja lill-membri tal-Forzi Armati.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni illimita ruħu li jiddefendi d-dritt ta’ kull persuna li tagħmel fuq ir-responsabbiltà tagħha rapport lil Puliżija, u li tqabbad l-avukat li jkun ta’ fiduċja għaliha. Dan huwa fundamentali f’soċjetà demokratika.

Dan il-Partit Laburista jafu sew iżda jibqa’ jipprova jifred flok jgħaqqad lill-poplu, u jibqa’ jigdeb flok jgħid il-verità. Adrian Delia għal darba’oħra jistieden lil Robert abela għal dibattitu pubbliku biex in-nies jiżnu min jixtieq jgħaqqad lill-poplu.