Il-Kamra tal-Avukati ħejjiet rapport preliminari dwar kif il-Qrati jistgħu jibdew jiffunzjonaw. Dan fid-dawl li mis-16 ta’ Marzu kien deċiż mis-Supretendent tas-Saħħa li dawn, inkluż ir-Reġistru jingħalqu biex tiġi ikkontrollata t-tixrid mill-pandemija tal-COVID-19.
Taħditiet bejn il-Kamra tal-Avukati, Ġudikanti u Avukati saru biex fejn jista’ jkun il-Qrati jerġgħu jibdew jaħdmu bil-ħtieġa ewlenija tkun li tidħol ferm aktar it-teknoloġija biex il-kawżi ma jkomplux jaqaw lura. Kien hemm qbil dwar il- bżonn li t-eknoloġija fil-Qrati titjieb sew minħabba li għada ferm lura għaż-żminijiet tal-lum.
Fil-fatt qed jiġi suġġerit li l-Qrati kollha jibdew jaħdmu b’modi ġodda fosthom li jsir kawżi virtwali u jkunu jistgħu jkomplu għaddejjin biex ma jikbirx il-backlog. Il-Kamra tal-Avukati qalet li r-rapport li għamlet għandu l-ewwel u qabel kollox l-għan li jipproteġi lil kull min juża’ l-Qrati Maltin mill-pandemija.
Il-bidliet li jridu jsiru jkopru s-setturi kollha tal-ġustizzja li jinkludu wkoll it-Tribunal Industrijali, l-Kummissjoni dwar ix-Xogħol, il-Kumitat ta’ Inkjesta, Tribunali, Appelli fuq każijiet ta’ Data Protection u kull entità li għandha x’taqsam mal-ġustizzja.
Il-Kamra tal-Avukati temmen li huwa f’kull interess ta’ kulħadd li l-kawżi ma jeħlux, kif qed jiġri, dejjem iżda fid-dawl li minkejja li l-pandemija tidher li qed tiġi kontrollata f’Malta, xorta waħda s-saħħa pubblika għandha tingħata priorità u għalhekk huwa mportanti li wieħed jara kif il-Qrati jibdew jiffunzjonaw mingħajr perikli għas-saħħa.
Huwa mportanti għaċ-ċittadin, u fl-interess tiegħu li l-każ jinstema’ u għandhom isiru l-arranġamenti kollha biex jiġu kontrollati epidemiji perikolużi b’ħafna mix-xogħol ikompli.
Ir-rapport jgħid li diġa qegħdin jittieħdu xi inizzjattivi minn numru ta’ Ġudikanti u qegħdin jiġu esplorati modi biex il-Qrati jistgħu jiffunzjonaw, madankollu jrid isir intervent leġiżlattiv, biex bl-ebda mod ma tinkiser il-liġi u fl-istess ħin ix-xogħol jerġa’ jibda għaddej mingħajr ma jkun hemm problemi.
Kawżi
Il-problemi kkawżati mill-egħluq tal-Qorti f’dak li għandhomx x’jaqsam kawżi mhuwiex wieħed esklussiv għal Malta. Bħal f’pajjiżna, f’ħafna ġurisdizzjonijiet oħra ngħalqu kompletament jew kellhom ix-xogħol tagħhom imnaqqas drastikament.
Minkejja li huwa mportanti biex wieħed isib soluzzjoni għal kif il-Qrati jistgħu jibqgħu jiffunzjonaw f’din is-sitwazzjoni, dan irid isir biss jekk ma jkun hemm l-ebda riskju għas-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk li jużaw il-Qrati, li jinkludu l-impjegati kollha fl-oqsma tal-ġustizzja.
Soluzzjoni mill-aktar faċli biex jitkompli x-xogħol fil-Qrati li ma joħloq l-ebda riskju huwa t-twaqqif ta’ kmamar virtwali. Dan bl-użu fit-teknoloġija tal-video-conferencing.
Kif saret il-liġi x-xahar li għadda din tħalli l-possibilità li x-xhieda jisntemgħu b’mod remot, u anke jħalli l-użu tal-xhieda permezz ta’ video-recording. Dan biss fejn jidħlu l-ġbir tal-provi, u għalhekk hemm il-ħtieġa li ssir emenda fil-liġi biex l-użu tal-video-conferencing jitwessa.
Fis-sitwazzjoni preżenti l-użu tal-video-conferencing għall-kawżi fil-Qrati jista’ jkun xi ftit ikkumplikat meta jkun hemm il-ħtieġa li jinstemgħu xi xhieda. Dan għaliex ikun hemm il-ħtieġa ta’ bidla fil-prattika tax-xogħol li joħloq aktar kitba f’diversi aspetti tal-proċessi meta mqabbel mas-smigħ li jkunu għaddej b’mod normali.
Il-Qrati tal-Appell
Fil-bidu huwa rrakkomandat li jitwaqqfu awli virtwali għall-kawżi biss quddiem il-Qrati tal-Appell. Bħala regola, l-ebda xhud ma jinstema’ fil-Qorti tal-Appell, u l-introduzzjoni ta’ xi kawżi għandu jagħmilha aktar faċli biex dan jiġi mplimentat.
Fl-istadju tal-appell, il-partijiet fil-kawża jkunu diġa’ għalqu l-argumenti tagħhom bil-miktub, madankollu huwa possibbli li l-avukati jkunu jridu jżidu mal-argumenti li diġa’ jkunu għamlu bil-miktub. L-esperjenza turi li fil-fatt ikunu remoti l-istanzi meta proċeduri orali jiżdiedu u jagħtu aktar valur lil xi parti bis-sottomissjonijiet tagħhom.
Appelli Ċivili
Qed jiġi suġġerit li l-proposti fil-ġurisdizzjoni ta’ Appelli Ċivili jinkludu li jekk l-Avukati m’għandhomx xejn xi jżidu mal-argumenti tagħhom tista’ tiġi preżentata nota, anke permezz ta’ email, li tinforma lill-Imħallef li ma baqalhom xejn aktar xi jżidu u f’dan il-każ, il-kawża tista’ titħalla għas-sentenza.
Sadanittant jekk l-Avukati jridu jżidu xi ħaġa, dan jista’ jsir bil-miktub u jintnagħat ukoll permezz ta’ email. Jekk mill-banda l-oħra, l-Avukati jixtiequ jagħmlu proċeduri bil-fomm, dan jista’ jsir permezz tal-video-conference bejn l-Imħallef sedenti u l-Avukati rispettivi għas-smigħ tat-tali proċeduri.
Il-Kamra tal-Avukati qalet li hija diġa’ ġiet infurmata u mitkellma mill-Imħallef Giannino Caruana Demajo bi proposti minn naħa tiegħu u dan biex tali sistema tiġi attwata.
Meta jasal il-waqt biex tingħata s-sentenza, peress li l-liġi tgħid li din trid tinqara fl-awla quddiem kulħadd, il-liġi trid tiġi emendata biex tħalli lill-Qorti twarrab din l-obbligazzjoni jew tista’ wkoll virtwalment b’mod dirett is-sentenza tinqara fuq is-sit tal-Qorti.
Appelli Kriminali
Is-sitwazzjoni fl-Appelli quddiem il-Qorti Kriminali hija waħda differenti peress li l-liġi tistipula li l-akkużat irid ikun preżenti fil-Qorti meta l-kawża tkun qed issir.
Il-Kamra tal-Avukati kienet ikkuntattjata mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li flimkien ma’ Imħallfin oħra tippresiedi fil-Qrati tal-Appell, fejn hija għamlet numru ta’ proposti biex il-Qorti jkun jista’ jkompli jiffunzjona fis-sitwazzjoni preżenti.
Bħal fil-każ tal-Appelli Ċivili l-Avukati jistgħu jagħżlu biex joqgħodu fuq it-talba oriġinali jew inkella, jippreżentaw nota ta’ sottomissjonijiet u f’dan il-każ ma jkunx hemm il-bżonn li ssir il-kawża bil-miftuħ, apparti meta tinqara s-sentenza.
Madankollu, jekk l-Avukati jagħżlu li jridu jagħmlu xi sottomissjonijiet il-kawża ssir fil-qasir għal dan il-għan. Minħabba l-fatt li l-akkużat irid ikun preżenti, kemm għall-kawża, kemm biex jisma’ s-sottomissjonijiet kif ukoll waqt li tingħata s-sentenza, huwa jkollu kuntatt b’mod diversi, jew virtwalment jew b’xi meżż ieħor.
Jekk l-akkużat ikun taħt kustodja preventiva, l-awtoritajiet tal-ħabs huma lesti li jagħmlu disponibbli kamra b’kompjuter u bl-apparat kollu tat-teknoloġija permezz ta’ video-conferencing biex l-akkużat ikun jista’ jkollu kuntatt u jisma’ dak kollu li jkun qed jingħad waqt l-għoti tas-sentenza.
Meta l-akkużat ikun bil-libertà proviżorja, allura irid ikun notifikat mill-Pulizija bid-data u l-ħin tal-kawża biex jew imur il-Qorti u jintbagħat f’kamra waħda u jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu t-teknoloġija tal-video-conferencing.
Anke fil-każijiet ta’ appelli kriminali, l-kawżi jistgħu jiġu streamed live biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-kawżi li jinstemgħu quddiem il-pubbliku. Il-Kamra tal-Kummerċ avviċinat numru ta’ Avukati li jaħdemu fil-qasam tal-kriminal biex jagħtu l-proposti tagħhom.
Dawn kollha rrimirkaw li kontra l-Appelli Ċivili, xejn mhuwa komuni li risposta tiġi ppreżentata fl-appelli kriminali. F’appelli kriminali l-avukati jagħmlu sottomissjonijiet orali u dawk bil-miktub rarament isiru, ħlief l-appell inniffsu.
Minkejja li fit-teorija s-sottomissjonijiet bil-fomm jistgħu jsiru permezz tas-sitema ta’ video-conferencing, l-avukati kollha wrew it-tħassib tagħhom, l-aktar peress li il-klijent tagħhom, jiġifieri l-akkużat irid ikun mgħejjun mill-avukat tiegħu, anke f’dawk il-kawżi meta tkun se tingħata s-sentenza.
L-Avukati spjegaw li meta tkun se tingħata sentenza ta’ ħabs, l-akkużat irid ikollu l-avukat miegħu biex jispjegalu s-sentenza u l-konsegwenzi tagħha. Huma kollha nsistew li l-fatt li l-akkużat jista’ jkun preżenti b’mod virtwali, mhux biżżejjed. Dan għax l-Avukat ikollu bżonn ikellem lill-klijent tiegħu b’mod kunfidenzjali, u s-sistema proponuta ma tagħtix dawn il-garanziji.
Qrati oħra
It-teknoloġija trid tidħol ma’ dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Qrati, fosthom dik tal-Ewwel Stanza fil-Qrati Ċivili, fejn hawn hija aktar kumplessa minħabba li din trid tisma’ l-provi hi u mhux dejjem ikun possibbli l-użu tal-affidavits.
Is-soluzzjonijiet hawn ivarjaw ħafna mhux biss permezz tat-teknoloġija virtwali iżda b’emails u s-sit tal-Qorti. Iż-żmien biex jiġi preżentat Appell għandu jiġi estiż għal 30 ġurnata u dan jista’ jsir b’email jew sistema tal-E-ID tal-avukat u l-ebda ħlas m’għandu jsir meta jiġi preżentat l-appell.
Dan isir f’perjodu ta’ mien, meta r-reġistru tal-Qorti jerġa’ jiftaħ u jkun qed jiffunzjona fit-totalità tiegħu. Jekk ma jsirx appell u s-sentenza ssir waħda definittiva, min jirbaħ il-kawża irid jingħata d-dritt li jenforzaha mill-ewwel.
Kawżi pendenti
Fejn jidħlu ħafna mill-każijiet pendenti, sakemm ma jkunx hemm bżonn li jinstemgħu xhieda bil-fomm, ħafna mix-xogħol jista’ jsir xorta waħda mingħajr il-bżonn li l-kawzi jsiru.
Jekk il-każ huwa fl-istadju tal-ġbir tal-provi, l-produzzjoni tal-evidenza permezz ta’ affidavit għandu jiġi nkoraġġut iżda jekk ma hemmx għażla oħra fejn bilfors iridu jinstemgħu l-provi bil-fomm, hawnhekk l-Imħallef u l-Avukati għandhom jikkollaboraw biex jaraw kif -xhieda jixhdu fil-qosor. Jekk din ukoll hija problema, allura l-kawża għandha tiġi differita sakemm l-affarijiet jiġu għan-normal.
Smiegħ dwar talbiet varji
Għandu jkun possibbli biex wieħed jippreżenta talbiex b’mod elettroniku. Aktar spiss ma jkunx hemm il-ħtieġa ta’ smigħ ta’ evidenza u għalhekk il-proposti mill-Qrati tal-Appell jistgħu jiġu attwati.
Is-sottomissjonijiet tal-Avukati jistgħu jsiru permezz ta’ nota jew jekk issir il-kawża fl-awla din għandu tkun fil-qosor. Id-digrieti tal-Qrati għandhom jintbagħtu lill-Avukati permezz ta’ email, akkumpanjati mill-kontijiet dwar ħlasijiet tal-Qorti u taxxi li jkunu jridu jitħallsu.
Qorti tal-Maġistrati – Kriminali
Fil-każijiet tal-Qrati tal-Maġistrati Kriminali tal-ewwel stanza, dawn għandhom jibqgħu aġġornati sakemm kollox jiġi għan-normal. Fil-frattemp il-Maġistrtati għandhom ikomplu jikkonċentraw biex ilestu n-numru ta’ nkjesti li għadhom pendenti quddiemhom.
Fil-każ ta’ kumpilazzjonijiet, fejn l-akkuiżat għadnu miżmum taħt kustodja preventiva, dawn għandhom jitkomplew. Madankollu in-numru tal-persuniu fl-awla għandu jkun wieħed limitat.
L-awla għanda wkoll tiġi diżinfettata qabel kull kawża u l-partijiet għandhom jirrispettaw is-social distancing. Ix-xhieda għandhom jinstemgħu permezz tal-video-conferencing, jew f’kamra separata fil-Qorti stess jew inkella jingħataw l-opportunità li jixhdu permezz ta’ apparat tagħhom stess li jista’ jkollhom.
Il-Qorti tal-Familja
F’każijiet ta’ separazzjoni fejn il-partijiet qablu li jisseparaw b’mod konsenswali, dawn għandhom jingħataw aċċess li jagħmlu talba flimkien u magħha mehmuża b’kopja tal-kuntratt, u li din għandha tiġi approvata.
Hekk kif dan isir, l-avukati għandhom jiġu nfurmati permezz ta’ email u n-nutar pubbliku jiġbor il-kopja mir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja biex din tiġi ppubblikata. Fkaż ta’ applikazzjoni għad-divorzju, l-istess il-partijiet għandhom jippreżentaw kopja flimkien, u l-kawża ssir mingħajr dewmien għas-sentenza.
//= $special ?>
