Futbol Sport

MINUTA MILL-PASSAT: L-inċident bejn Zidane u Materazzi

9 ta’ Lulju 2006. Finali tat-Tazza tad-Dinja bejn Franza u l-Italja.

Apparti s-suċċess Taljan b’ rebħa ta’ 5-3 wara l-għoti tal-penalties u dak li rnexxielu jwettaq it-tim immexxi minn Marcello Lippi, din il-finali tibqa’ mfakkra għad-dwell bejn Zinedine Zidane u d-difensur Marco Materazzi. Daqqa ta’ ras ta’ Zidane fuq sider Materazzi wasslet għat-tkeċċija tal-eks captain ta’ Franza fil-108 dehra illi tenna li aħjar imut milli jitlob skuża lil Materazzi għall-aġir li għamel.

Minkejja li tkeċċa mir-referee Horazio Elizondo xorta rebaħ il-Ballun tad-Deheb bħala l-aqwa plejer fit-Tazza tad-Dinja 2006. Zidane wara li kien intervistat qal li għall-aġir jiddispjaċih iżda mhux ser jiskuża ruħu. Kieku skuża ruħu kien ikun għax wettaq aġir normali u l-aġir tas-sitwazzjoni ma kienx normali.

Huwa sostna illi dakinhar ftit kienu jafu li ommu kienet batuta fl-isptar. Bosta drabi offendewlu lil ommu iżda mhux il-mod kif seħħ fil-finali. Wara l-finali skuża ruħu ma’ sħabu iżda mhux ma’ Marco Materazzi li minn naħa tiegħu sostna li ma offendiex lil Zidane b’ommu.

Bħala plejer, Zinedine Zidane wara karriera mill-aqwa mill-1988 ma’ Cannes, Bordeaux, Juventus u Real Madrid, fil-preżent huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa kowċis tal-futbol Ewropew fejn b’eċċezzjoni għal ftit xhur ilu jmexxi lil Real Madrid mill-2016.