Lokali

Puttinu Cares jibku t-telfa ta’ bint l-organizzatur tal-Mixja

“Imnikktin bit-telfa ta’ Anna Marie..Minn qalbna ngħidulha grazzi”. Hekk sostnew kelliema għal Puttinu Cares fuq il-midja soċjali wara li dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Anna Marie Farrugia fl-eta’ ta’ 37 sena.

L-omm ta’ żewġt itfal kienet l-ispalla ta’ missierha Joe Vella, l-organizzatur tal-Mixja ta’ Puttinu fil-Ġimgħa l-Kbira. Hija kienet taħdem qatigħ flimkien ma’ missierha u l-bqija tat-tim kollu sabiex kull sena din is-serata tkun ta’ suċċess bħal dejjem.

Flimkien ma’ bosta persuni li ddeskrivew lil Anna Marie bħala persuna b’qalb tad-deheb, Puttinu Cares irringrazjawha lilha flimkien mal-familja tagħha għal kemm għenu lil ħaddieħor fil-bżonn ankè fi żminijiet meta kienu għaddejjin minn mumenti diffiċli.