Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li jaqa’ minn għoli

Raġel ta’ 47 sena residenti Birkirkara kellu bżonn assistenza medika wara inċident f’Birkirkara stess.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li daħlet sejħa għall-għajnuna fi Triq Mawru Inguanez għall-ħabta tas-6p.m. tal-bieraħ. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol u għal xi raġun waqa’ minn fuq is-sellum.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn kien iċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija tad-Distrett qed tmexxi l-investigazzjoni.