Jekk qatt għaddielek minn moħħok li xi darba tkun flok il-Papa issa parti minn din ix-xewqa tista’ ssir realtà.
Grazzi għall-Pope Simulator, dalwaqt, int ukoll tista’ ssir Papa, tara kif jgħix, tmexxi l-Knisja u tipprova ġġib il-paċi fid-dinja, fost ħafna affarijiet oħra.
Din il-logħba ġdida żviluppata minn Majda Games u Ultimate Games se tkun disponibbli fuq il-kompjuter.
L-avventura ta’ din il-logħba tibda bil-konklavi fejn il-Kardinali jagħżlu l-Papa gdid, imbaghad minn hemm quddiem min ikun qed jilghab se jkun jista’ jaghmel dak kollu li jaghmel il-Papa fil-ħajja ta’ kuljum, u jieħdu deċiżjonijiet u azzjonijiet skont l-andament tal-logħba.
Din mhix l-ewwel darba li din il-kumpanija qed taghmel xi ħaġa simili, għaliex fil-fatt fil-passat ħarġu logħob oħra bħal I am Jesus Christ u Noah’s Ark.
Artiklu miġbur minn Mark Azzopardi
//= $special ?>