Matul ix-xahar ta’ Marzu – l-ewwel xahar tal-kriżi medika kaġun tal-Covid-19 – dawk jirreġistraw għax-xogħol telgħu għal 2,125.
Din iċ-ċifra li ħarġet mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tindika żieda ta’ 19.9% fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
F’mazu biss, żdiedu bi 309 dawk li qed jirreġistraw ma’ JobsPlus taħt Part I, filwaqt li 44 żdiedu fir-reġistru taħt Part II.
Kif tindika b’mod ċar l-informazzjoni mogħtija mill-NSO, din ir-rata ta’ qgħad hi l-għola li qatt kellna fl-aħħar sentejn u nofs.
