Ftit tal-ħin ilu dgħajsa li tinsab f’garaxx fi Triq Izingla f’Ħaż Żabbar ħadet in-nar.
Ir-raġuni għal dan għadha mhux magħrufa hekk kif il-pulizija kienu msejjħa fuq il-post flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn bħalissa għaddeja ħidma.
Jidher li f’dan l-inċident weġġgħu żewġ persuni li nzertaw fil-post fil-ħin li beda n-nirien.
Il-qagħda tagħhom għadha mhux magħrufa hekk kif l-investigazzjoni għadha għaddejja.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>

