Lokali Parlament

Ħadd m’għandu jkun eskluż minħabba l-mezzi elettroniċi

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo sostna li ħadd m’għandu jkun eskluż minħabba l-mezzi elettroniċi u n-nuqqas ta’ għarfien tagħhom.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-mezzi elettroniċi ma jistgħu jwasslu biex ikun hemm diskriminazzjoni kontra l-persuni li jkollhomx il-kapaċità li jużawha. Hu appella biex il-poplu ma jinqasamx bejn dawk li każi jsegwu u dawk li mhux kapaċi jsegwu.

Hawn ħafna ġenituri li ma jistgħux jgħinu lil uliedhom isegwu l-lezzjonijiet ta’ wliedhom b’mod virtwali. L-iżvilupp m’għandux jinżamm iżda min imexxi dan l-iżvilupp għandu jkun konxju minn dawn il-persuni biex fis-soċjetà ma jkunx hawn min ikun eksluż.

Fis-soċjetà m’għandux ikun hawn esklużjoni soċjali meta qed isir minn kollox biex tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali.