Lukanda ewlenija f’San Ġiljan xegħlet 44 kamra minn tagħha u dawwlet il-Bajja ta’ Spinola bil-kliem “HOPE” fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19.
Peress li l-lukanda hija magħluqa għat-turisti, din il-mixgħela, li setgħet titgawda ukoll minn tas-Sliema, saret mit-tmexxija tal-lukanda biex toffri raġġ ta’ tama għal dawk kollha li qegħdin fuq quddiem biex jissieltu l-Coronavirus f’pajjiżna.
L-istess tmexxija, f’post fuq il-mezzi soċjali, uriet il-gratitudni tagħha għal dawn in-nies u offriet it-tama lill-pubbliku għall-jiem aħjar li fihom kulħadd jerġa’ jqum fuq saqajh wara l-pandemija.
//= $special ?>