Fil-kwistjoni li għaddejja bħalissa bejn sezzjoni tal-ħaddiema fl-Air Malta u l-linja nazzjonali, l-Gvern għażel li jmur għat-tkeċċijiet meta r-rappreżentanti tal-ħaddiema qed jitolbu sabiex iż-żewġ naħat jiddiskutu u jaslu għall-ftehim anke fid-dawl ta’ ftehim ieħor iffirmat mal-istess Gvern fl-2018.
Fi stqarrija l-SHPN qalet li fi kwalunkwe sitwazzjoni industrijali speċjalment fejn jidħol il-Gvern, li jitkeċċew l-impjegati, għandha tkun l-aħħar miżura possibbli. Qed jagħmel ħażin dan il-Gvern joqgħod jilgħab bl-emozzjonijiet tal-poplu u jkeskes lill-pubbliku kontra sezzjoni partikolari ta’ ħaddiema. L-affarijiet ma jimxux hekk.
Is-soluzzjonijiet iridu jinstabu mal-mejda tad-djalogu b’xi ħadd li jgawdi fiduċja taż-żewġ naħat bħala medjatur. Fl-Air Malta kien hemm diversi drabi fejn biex jinstabu s-soluzzjonijiet Gvernijiet preċedenti irrikorrew għall-medjatur. Jidher issa li bl-iskuża tal-COVID 19, se jkunu qed jinbidlu diversi prassi.
Kien ikun iktar għaqli li kieku dak offrut lill-impjegati tal-Air Malta kien ikun japplika għal kulħadd fl-Air Malta, mill-kbir saż-żgħir. Jidher ċar li l-ikbar sagrifiċċju ser ikunu qed jagħmluh il-ħaddiema.
//= $special ?>

