Lokali

Il-prezzjijiet għall-Maltin ikkontrollati mill-barranin – SĦPN

Fi żmien meta għall-ewwel darba fl-istorja tad-dinja, l-prezz taż-żejt huwa taħt iż-$0,  f’Malta u Għawdex mhux l-istess! Il-ħaddiema Maltin qed iħallsu bil-għoli għal petrol u d-diesel kif ukoll għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma.  

SĦPN permezz ta’ stqarrija qed tistaqsi kif jista’ jkun il-poplu Malti mhux igawdi minn dan it-tnaqqis drastiku fil-prezz li bih jinxtara ż-żejt?

Kif jista’ jkun, fl-inċertezza li numru kbir ta’ ħaddiema għaddejin minnu, dawn għadhom qed iħallsu prezzjijiet esaġerati?

Nistaqsu jekk il-Gvern f’dan il-mument opportun akkwistax żejt u jekk le il-għala?

Hija tal-mistħija u għandu raġun il-poplu Malti juri l-għadab tiegħu għal mod kif il-barranin li ġab dan il-Gvern f’pajjiżna qed jagħmlu l-mijiet tal-miljuni flimkien ma’ numru ta’ ħbieb tal-qalba li hemm jew kien hemm f’Kastilja.

Fi kliem il-Ministru Scicluna issa kollox f’idejn iċ-Ċiniżi jekk jorħsux il-prezzijiet jew le. Il-Gvern Malti jidher li bħal ma tilef il-kontroll fl-isptatrijiet, tilef ukoll il-kontroll fil-qasam tal-enerġija u l-prezzjijiet dejjem għoljin li qed ikollu jħallas il-ħaddiem Malti. Dan għqax ta b’rigal oqsma importanti u vitali għall-pajjiżna lill-barranin.

Inħeġġu lill-Unions kollha sabiex jingħaqdu ħalli jiksbu l-aħjar għall-ħaddiema kollha.