Kull nhar it-22 t’April jiġi ċċelebrat ‘Earth Day’, Jum id-Dinja.
Dan beda jiġi ċċelebrat fl-1970 u llum il-pajjiżi li jiċċelebrawh laħqu l-193. L-għan ta’ dan il-jum, li din is-sena qed jiċċelebra l-ħamsin anniversarju tiegħu huwa li titqajjem kuxjenza dwar il-protezzjoni tal-ambjent ta’ madwarna.
Il-bandiera ta’ Jum id-Dinja hija ritratt tad-dinja magħruf bħala ‘The Blue Marble’ li kien ittieħed mill-astronawti ta’ Apollo 17.
Din is-sena Jum id-Dinja għandu tifsira iktar partikolari minħabba li bl-effetti ta’ Covid-19 jidher li n-natura f’diversi postijiet qed terġa’ tieħu r-ruħ u t-tniġġis tal-arja mad-dinja kollha naqas b’mod qawwi.
Artiklu minn Mark Azzopardi.
//= $special ?>