Coronavirus Lokali Saħħa

Każ wieħed ġdid ta’ Covid-19 – ifiqu 15-il persuna

Xandira Diretta

Xandira Diretta

Gepostet von NET News am Mittwoch, 22. April 2020

Tul il-bulletin mediku tal-lum is-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci ħabbret li aktar persuni fiequ mill-imxija tal-Coronavirus, infatti fl-aħħar 24 siegħa fiequ 15-il persuna oħra, seba’ nisa u tmien irġiel.

Issa l-ammont ta’ każijiet li fiequ tela’ għal dak ta’ 165.

Intant il-Professur Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar 24 siegħa saru 808 swab test, u każ wieħed irriżulta pożittiv.

Il-każ wieħed huwa ta’ tfajla Maltija ta’ 18-il sena. Hija bdiet bis-sintomi fis-16 ta’ April. Hi ma kinitx qed tattendi skola hekk kif l-Università mhix miftuħa. Il-kuntatti li kellha kienu membri tal-familja.

It-total ta’ każijiet reġistrati fil-pożittiv għall-Coranavirus issa tela’ għal 444.