Ambjent Lokali

“Kunu parti mill-bidla ambjentali f’pajjiżna” – Adrian Delia

Fil-messaġġ tiegħu fuq Facebook, il-Kap tal-PN Adrian Delia, tenna l-messaġġ li ilu jressaq biex flimkien bħala poplu wieħed nħarsu l-ambjent tagħna.

“Flimkien nistgħu nagħmlu d-differenza. #MyMalta” – Adrian Delia

Adrian Delia qal fil-50 sena anniversarju tal-Jum iddedikat għad-dinja tagħna bħala nazzjon aħna obbligati li nwettqu politika li tħares l-ambjent u li toffri sostenibiltà għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-Kap tal-PN qal li kull wieħed u waħda minna għandna rwol importanti biex nipproteġu l-ambjent.