L-isport professjonali fl-Olanda ġie sospiż sal-1 ta’ Settembru wara li s-sospensjoni ġiet estiża bi tliet xhur minħabba l-pandemija tal-coronavirus. L-Assoċjazzjoni Olandiża kienet qed tippjana li tkompli l-futbol għall-ogħla żewġ diviżjonijiet fid-19 ta’ Ġunju bil-bibien magħluqa.
Iżda d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte lbieraħ tagħti xejra differenti l-ħsibijiet tal-Assoċjazzjoni Olandiża. Rutte qal li aħjar ikunu kawti bħalissa milli jkollhom rimorsi wara. Hu komplew li qed jaraw titjib żgħir fl-informazzjoni iżda poġġa x-xenarju kieku jirrilassaw ftit miżura u jwassal biex il-virus jerġa’ jinfirex.
Tlieta mill-erba’ klabbs il-kbar fl-Eredivisie, jiġifieri Ajax, AZ Alkmaar u PSV Eindhoven kienu sejħu biex l-istaġun ikun ikkanċellat. It-total ta’ imwiet fl-Olanda kiber b’aktar minn 700 persuna fl-aħħar 24 siegħa, bit-total ta’ imwiet jinsab qrib l-4,000 persuna. Ir-ristoranti u l-barijiet ġew ordnati li jibqgħu magħluqin għal tliet ġimgħat oħra sad-19 ta’ Mejju.
//= $special ?>