Romelu Lukaku talab apoloġija lill-klabb tiegħu wara kummenti li għadda f’intervista fejn qal li 23 minn 25 plejer sofrew minn sintomi tal-coronavirus f’Jannar li għadda. L-ebda membru fl-iskwadra ta’ Inter ma kkonferma li kellu l-virus, iżda f’intervista diretta mal-istazzjon tat-televiżjoni fil-Belġju VIER, Lukaku qal li l-plejers irritornaw mill-waqfa f’Diċembru b’dawk li dehru li kienu sintomi.
Lukaku ġie ddixiplinat minn Inter li jidher li kienu sorpriżi b’din l-aħbar. L-attakkant għamel referenza li fil-logħba li Inter lagħbu kontra Cagliari fis-26 ta’ Jannar, wieħed mid-difensuri (b’referenza għal Milan Skriniar) kellu jħalli l-pitch għaliex ma setax ikompli.
“Kulħadd beda jisgħol u kelli d-deni. Meta kont qed nagħmel it-taħriġ ta’ qabel il-logħba, bdejt inħoss aktar sħana min-normal. Kont ili ma nsofri mid-deni għal snin. Wara l-logħba kelli ikla ppjanata ma’ xi mistiedna imma rringrazzjajthom u mort fis-sodda. Qatt ma għamilna t-testijiet tal-Covid-19 f’dak il-mument u għalhekk ma nafux fiċ-ċert,” qal il-Belġjan.
//= $special ?>