“Il-politka trid tkun waħda li nkunu dejjem viċin il-poplu, dak huwa l-veru dover tagħna – Ngħatu lill-poplu dak li hu veru, ma nagħtux illużjonijiet imma r-realtà kollha.”
Messaġġ ċar mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech waqt intervent bi Skype fil-programm ‘Dissett’ li xxandar illejla fuq TVM.
Francis Zammit Dimech kien qed jikkumenta waqt programm li fih ġew diskussi l-ewwel mitt jum ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru ta’ Malta.
B’reazzjoni għall-ewwel jiem tiegħu fit-tmexxija tal-pajjiż, is-Segretarju Ġenerali tal-PN qal li “bl-iktar mod oġġettiv Robert Abela fl-ewwel ġranet prova jgħati sinjali ta’ normalità, biddel iċ-Chief Of Staff, għamel Kabinett li ħalla barra nies bħal Chris Cardona u Konrad Mizzi u wasslet ir-rizenja tal-kummisarju. Kienu sinjali importanti ta’ serħan il-moħħ pero sfortunatament servew biss ftit ġranet.”
Francis Zammit Dimech semma kif wara din ir-riżenja, l-eks Kummisarju Lawrence Cutajar, inħatar minn Robert Abela bħala konsulent fil-Ministeru tal-Intern. Hu fakkar kif Konrad Mizzi tħalla barra mill-Kabinett iżda nħatar biex jirraprezenta lil pajjiżna barra minn Malta fl-OSCE. Dan filwaqt li Mizzi kien se jibda kuntratt ta’ konsulenza fil-Awtorita tat-Turiżmu.
“Dawn il-mossi jappruvaw kemm il-kritika li kienet issir mill-Partit Nazzjonalist u Socjetà Ċivili, kienet kritika valida jekk fl-ewwel ftit ġranet prova jssolviha imma wara ftit morna fejn konna jekk mhux agħar.” saħaq is-Segretarju Ġenerali tal-PN.
Francis Zammit Dimech tkellem ukoll dwar l-aħħar ftit ġranet fejn komplejna naraw li Robert Abela għal darba, tnejn, tlieta, erba fuq ix-xandir nazzjonali jwassal messaġġi partiġġjani mingħajr ebda ġurnalisti preżżenti biex issaqsu l-mistoqsijiet li ħafna qed issaqsu hemm barra.
Tema li kienet diskussa waqt il-programm u li anke issemmiet minn George Vital Zammit li kien wieħed mill-mistiedna fl-istudio kienet il-fatt li ma sar xejn fl-ewwel 100 jum fil-konfront ta’ ismijiet viċin Kastilja li kien hemm rabta ċara bejnhom u l-assisnju ta’ Daphne Caruana Galizia. Dwar dan Francis Zammit Dimech staqsa “x’sar f’dawn il-100 jum biex dawn in-nies ikunu indagati kif suppost?”
Waqt dan il-programm kien diskuss kif pajjiżna għadu s’issa mingħajr Kummissarju tal-Pulizija permanenti, xi ħaġa li s’issa Robert Abela għadu ma ndirizzax. “Għalija 100 jum fil-kariga mingħajr persuna li għandu bżonn hija inkwetanti ħafna.” saħaq is-Segretarju Ġenerali tal-PN.
Hu staqsa; “X’kienet tkun il-problema li ssir prijorità għal din il-kariga meta taf li għandek ħafna affarijiet għadhom miftuha.” Dan b’aċċen għall fatt li fl-aħħar 7 snin inbidel 6 darbiet il-Kummissarju tal-Pulizija,
Francis Zammit Dimech stqarr li jinkwieta b’sinjali ta’ arroganza mill-Prim Ministru f’dawk il-100 jum fejn l-Oppożizzoni offriet l-id kontinwa biex tgħati l-parti tagħha f’diversi setturi iżda l-Prim Ministru dejjem qal le.
Mistoqsi dwar ir-ratings ta’ Robert Abela, Francis Zammit Dimech saħaq li “fl-aħħar mill-aħħar il-Gvern għandu magna qawwija ta’ propoganda li toħloq kunċett f’moħħ in-nies li issa kollox normali imma in-nies għad jirrealizzaw li din mhux ir-realtà.”
Hu staqsa wkoll domandi bażiċi, bħal fatt li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma baqgħu ma traħħsux anke meta l-prezz taż-żejt saħansittra qed jinżel taħt iz-zero. Hu tkellem ukoll dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni li kieku kienet ċara mill-ewwel kien ikun tajjeb millewel il-pakket finanzjarju li ħareġ bih il-Prim Ministru fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Madanakollu “xorta għad hemm 100,000 ħaddiem li ma ħadu xejn.” temm jgħid Fracis Zammit Dimech.
Fl-istess programm bħala mistiedna kien hemm il-Professur Carmel Sammut li fost diversi punti semmiet il-kwistjoni tal-bejgħ tal-isptarijiet ta’ pajjiżna lil Vitals u Steward.
Hi qalet li “bdejna b’vizjoni interessanti li l-pajjiż isir hub internazzjonali imma imbgħad x’ħin bdew jinkixxfu d-dettalji ta’ kif sar il-ftehim hemmek kien hemm problema.” Profs Sammut saħqet li “in-nies jesigu li jittieħdu miżuri sew. Sptraijiet artijiet l’hemm u l’hawn qisu qatt ma ġara xejn. Dawk li qegħdin fdati fit-tmexxija jridu jmexxu u jesiġu fl-interess tal-poplu.”
//= $special ?>
