Coronavirus Ekonomija Għawdex Kummerċ Kunsilli Lokali Lokali Saħħa

“Magħqudin noħorġu minn din il-kriżi” – Adrian Delia

Il-Partit Nazzjonalista qed jieħu rwol proattiv sabiex ikun qrib is-setturi kollha tas-soċjeta. Dan għandu jsir mhux biss issa, iżda anke wara li nghaddu minn din is-sitwazzjoni li ninsabu fiha, ħalli f’unità nazzjonali noħorġu minn din il-kriżi bl-inqas impatt possibbli.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt laqgħa li kellu mal-MCESD ta’ Għawdex, fid-dawl tal-isfidi li anke l-gżira Għawdxija qed taffaċċja kagun ta’ din l-pandemija.

L-għaqdiet li ħadu sehem f’din il-video-ceonference kieu l-UHM Voice of the Workers, l-Assoċjazzjoni Għawdxija tal-NGO’s, il-Grupp Universitarji Għawdxin, il-Gozo Tourism Association, il-Gozo Business Chamber, il-Kunsilli Lokali, id-Djoċesi ta’ Għawdex, il-FORUM Unions Maltin u l-GRTU għal Għawdex – kollha b’kummenti pozittivi ghall-fatt li l-PN qed jismahom u jkun proattiv.

Adrian Delia saħaq li pajjiżna bħalissa qed jaffaċċja realtà ġdida li ġiet fuqna bħal sajjetta fil-bnazzi, għalhekk flimkien għandna naħdmu biex il-familji Maltin u Għawdxin jsofru l-inqas dannu possibbli… u tingħata għajnuna lil dawk l-iktar li qed ibatu.

Spjega li Għawdex hija gżira li tiddependi ħafna fuq is-settur turistiku, u għalhekk kienet effettwata direttament. 

Fil-video conference tal-Erbgha, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius u mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said.

Il-Korpi Kostitwiti u l-unions li jirraprezentaw lil Ghawdex, minn naha taghhom appellaw lill-Membri Parlamentari Għawdxin sabiex flimkien jaħdmu favur strateġija għall-futur halli jittaffa l-impatt ta’ din il-pandemija.

Huma appellaw lill-Gvern biex jgħin aktar lin-negozji u lill-ekonomija Għawdxija. Għalhekk, għandu jkun hemm strateġija fejn il-Gvern jinċentiva lis-settur turistiku Għawdxi permezz ta’ sussidju biex wara li tgħaddi din is-sitwazzjoni, il-Maltin jkunu mħajru jżuru aktar il-gżira Għawdxija.

Diversi NGO’s Għawdxin tkellmu dwar il-problema ta’ nies li spiċċaw bla saqaf fuq rashom u li m’għandhomx flus biex jixtru affarijiet bażiċi bhal ikel. Dan apparti li sfrotunatament qed naraw żidiet fil-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti.F’dawn l-aħħar ġimgħat il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu diversi laqgħat ma’ diversi NGO’s, unions u korpi kostitwiti, fejn Adrian Delia qed jisħaq li l-Partit Nazzjonalista jrid joħloq pjattaforma ħalli l-ghaqdiet u r-raprezentanti tas-socjeta civili u l-unions ikunu f’armonija bejniethom… u ħidmiethom tkun iffaċilitata.