Lokali

“Ministru tal-Ekonomija f’dinja għalih” – PN

Wieħed issa jista’ jifhem għaliex f’xahar il-qgħad f’pajjiżna żdied bi 28%.  

Għaliex il-Ministru li suppost qed jieħu ħsieb l-ekonomija qed jaħli l-ħin tiegħu u l-flus li jitħallas mit-taxxi tal-poplu biex jikteb il-ħmerijiet fuq il-Facebook biex mingħalih jintgħoġob mal-kaċċaturi. 

Fi stqarrija maħruġa mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, mill-Viċi Kap tal-PN għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isfidi fit-Turiżmu f’Dinja Ġdida Robert Arrigo u mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija Claudio Grech, il-Partit Nazzjonalista qal li din is-sitwazzjoni miskina hija sinjal ċar tad-diżrispett totali li għandu dan il-Gvern lejn dawk il-mijiet ta’ ħaddiema li tilfu xogħolhom.