Fl-okkażjoni tal-Earth Day 2020, li taħbat illum l-Erbgħa, Nature Trust FEE Malta filwaqt li tawgura u tispera li l-pandemija tal-COVID-19 tintemm malajr kemm jista’ jkun malajr iż-żmien fejn il-fejqan tal-pjaneta jidhers qed iseħħ ikompli. Dan wara li l-popli tad-dinja bidlu l-istil tal-ħajja tagħhom minħabba l-pandemija.
Nature Trust saħqet li filwaqt li wieħed jistenna li malajr kemm jista’ jkun kulħadd jerġa’ jibda jgawdi l-ħajja tiegħu, aġġustamenti sempliċi fil-ħajja għandhom jirriżultaw biex id-dinja ma tieqafx mill-proċess ta’ fejqan.
Dan kollu jfisser ħajja aħjar għal kulħadd fejn tidħol il-kwalità tal-arja, l-protezzjoni tal-biodiversità u l-ekoloġija marittima.
Fl-aħħar ġimgħat wieħed seta’ jinnota kif viżibilment kif l-arja f’xi bliet kbar bdiet titjieb, kif l-ibħra qegħdin jiċċaraw u l-biodiversità reġgħet qed tiġi nnutata viċin il-kosta.
In-nies reġgħu bdew imorru fil-kampanja u dan biex jaħarbu mill-perikli tal-coronavirus, li l-bliet u postijiet iffullatti bin-nies jistgħu jippreżentaw. Sadanittant, in-natura żgur tista’ tkun ta’ benefiċċju għas-serħan tal-moħħ u tgħin lil dawk li jistgħu qegħdin ikollhom jiffaċċaw is-sfidi tas-saħħa mentali f’dan il-perjodu ta’ nkwiet għall-umanità kollha.
Dan kollu qed nesperjenzawh ukoll f’Malta fejn l-ERA irrapportat kwalità tal-arja aħjar u anke wieħed qed jinnota d-dehera ta’ mammiferi foshom viċin il-kosta. Dan kollu qed isir minħabba t-tibdiliet li għaddejjin issa.
Bi sforz żgħir, wieħed jista’ jikkontrolla dwar kemm tniġġiż nistgħu nibilgħu kuljum mit-trasport, kif l-ibħra tagħna jsiru aktar nodfa u li nistgħu ngawduhom.
Nistgħu wkoll ingawdu l-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum xorta waħda mingħajr ma niġġeneraw tniġġiż eċċessiv minħabba l-ivvjaġġar u nibqgħu nagħmlu laqgħat b’mod virtwali. Kull azzjoni, żgħira kemm hija żgħira jistgħu jbiddlu l-korsa fil-kriżi tal-klima.
Nature Trust qieg]da tħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali biex nibdew nippjanaw aħjar u l-iżvilupp li nagħmlu jkun wieħed sostenibbli fosthom fejn jidħol it-trasport. M’għandniex inħarsu lejn soluzzjonijiet ta’ żmien qasir. Aktar investiment għandu jsir biex nipproteġu l-wirt naturali tagħna, u nieħdu miżuri serji biex il-liġi tiġi nfurzata.
L-għaqda qed tappella wkoll lill-pubblikju biex tiddisponi minn oġġetti ta’ protezzjoni bħal ingwanti u maskli b’mod responsabbli. Qegħdin ikunu osservati oġġetti bħal dawn fit-toroq u l-bankini Maltin.
Dan kollu qed joħloq riskju fil-konfront tas-saħħa umana u wħud minnhom dawn jistgħu wkoll jispiċċaw fl-ibħra tagħna u jiġu kkunsmati minn mammiferi u speċi tal-baħar. Ingwanti wżati jistgħu jidhru li huma forom ta’ bram għal diversi speċi tal-baħar.
Sadanittant permezz tal-programmi tal-iskejjel ekoloġiċi (EcoSchools) f’Malta, dawn qegħdin ukoll jgħinu għal ġurnata tal-Earth day (https://www.ekoskola.org.mt/earth-hour-pledge/ ) bħala parti mill-inizzjattivi ta’ Żvilupp Sostenibbli.
Dan il-programm internazzjonali qed ikollu l-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 85% tal-popoluzzjoni studenteska fil-Gżejjer Maltin. Mela ejja ħalli flimkien nagħmlu lill-pjaneta dinja aħjar.
In-natura nnifisha qed turi li nistgħu nagħmlu parti minn dinja armonizzata, u dan sempliċiment jekk nadattaw minn bidliet li jeħtieġu jsiru. Importanti li nħallu lil uliedna dinja aħjar – li wara kollox hija darna. Nature Trust – FEE Malta – info@naturetrustmalta.org
//= $special ?>