Michael O’Neill ħalla l-kariga tiegħu ta’ kowċ nazzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq biex jiffoka biss fil-kariga li għandu bħala manager ta’ Stoke. O’Neill li kien ilu tmien snin fit-tmexxija tat-tim nazzjonali, inħatar manager ta’ Stoke f’Novembru li għadda, iżda baqa’ jżomm iż-żewġ karigi biex imexxi lill-Irlanda ta’ Fuq sal-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew.
Iżda minħabba li l-impenn fil-play-off kontra l-Bożnija mistenni jkun f’Ottubru minħabba l-coronavirus, O’Neill laħaq ftehim biex jagħmel jagħmel l-ispazju. Fl-ewwel kummenti tiegħu, O’Neill qal li xtaqt li jmexxi lit-tim nazzjonali għal dawn il-logħbiet iżda żied li kien importanti għalih li jħalli lit-tim u lill-assoċjazzjoni fl-aħjar pożizzjoni possibbli.
O’Neill kien ir-raba’ l-aktar kowċ nazzjonali li kien ilu fil-kariga wara Joachim Lӧw tal-Ġermanja, Koldo ta’ Andorra u Luc Holtz ta’ Lussemburgu. Hu kien inħatar kowċ nazzjonali f’Diċembru tal-2011 u wassal lill-Irlanda ta’ Fuq għall-Kampjonat Ewropew fi Franza, li kienet l-ewwel kwalifikazzjoni fi 30 sena f’kompetizzjoni maġġuri.
Il-kowċ ta’ taħt il-21 sena Ian Baraclough u l-kowċ ta’ Motherwell Stephen Robinson huma l-favoriti li jinħatru flok O’Neill. Baraclough kellu jgħin lil O’Neill għal dawn il-logħbiet u ħadem ma’ diversi plejers żgħażagħ li lagħbu mat-tim nazzjonali. Robinson kien l-assistent ta’ O’Neill fil-Kampjonat Ewropew tal-2016.
//= $special ?>