Għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart (1845hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Mannarino, f’Birkirkara minħabba li kienet seħħet serqa minn ħanut.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar jidher li raġel, allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lil kaxxier – raġel ta’ 20 sena residenti Ħ’Attard. Hekk kif ħa l-flus, il-ħalliel minnufih ħarab minn fuq il-post.
Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

