Somalu ta’ 25 sena, li l-karta tal-identità tiegħu qiegħda fuq il-Munxar Għawdex ġie kundannat tliet snin u nofs ħabs wara li ammetta li aktar kmieni dan ix-xahar darab uffiċjal tas-sigurtà soċjali f’Għawdex stess.
Il-każ seħħ fit-13 ta’ April li għadda meta kif daħal fl-uffiċċju għall-ħabta tal-9.45am. fl-uffiċċju tas-sigurtà soċjali li jinsab fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, twaqqaf minn uffiċjal tas-sigurtà li talbu biex jiċċekkjalu d-deni minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
Is-Somalu ma riedx joqgħod għal dan it-test u sar vjolenti fejn Inġineer li jaħdem li kien fl-uffiċċju pprova jikkalma s-sitwazzjoni spiċċa biex ġie aggredit.
Quddiem il-Maġistrat Monica Vella is-Somalu li normalment jgħix ix-Xlendi ammetta li kkaġuna feriti ħfief fuq uffiċjal pubbliku, li hedded u kkawża ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq persuna nkarigata skont il-liġi, u li taħdem fis-servizz pubbliku.
Is-Somalu, li huwa magħruf sew mal-Pulizija ta’ Għawdex ammetta wkoll li għamel ħsara fl-istess uffiċċju u li kiser il-bon ordni u l-paċi pubblika. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.
//= $special ?>

