Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad?
F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors offrut mid-Dipartiment tal-Malti, li qabdu toroq differenti wara l-Baċellerat.
Huma se jitkellmu fuq studji oħra li wettqu wara l-kors, u fuq oqsma ta’ xogħol differenti li wassalhom għalihom il-Malti. Il-kelliema huma Christa Boffa, Donna Borg, Javier Degiorgio, Glen Falzon, Wayne Farrugia,
Bernice Magro u Dorothy Scerri.
Minkejja li din l-attività hija primarjament immirata lejn l-istudenti tal-Malti, kulħadd huwa mistieden isegwiha u jaqsam il-ħsibijiet u l-esperjenzi tiegħu wkoll. L-attività se ssir fis-7 ta’ Mejju fis-6pm u se tixxandar live fuq il-paġna tal-Għaqda tal-Malti fuq Facebook. Aktar tagħrif: www.facebook.com/events/601167614080346/