Lokali

X’għamel Robert Abela fl-ewwel 100 jum fit-tmexxija ta’ pajjiżna?

Fl-okkażjoni tal-100 jum tiegħu fit-tmexxija tal-pajjiz, Robert Abela jagħzel li jidher waħdu f’nofs ta’ lejl, bla ġurnalisti. Juża x-Xandir Nazzjonali, fl-eqqel ta’ emergenza medika, biex iwassal messaġġ partiġġan., bil-Kap tal-PN Adrian Delia jinsisti li dan mhux mument tad-diskorsi politici – iżda hu l-mument li ngħinu lill-haddiema li jinsabu f’diffikulta’ minħabba l-pandemija.

F’messaġġ fuq il-media soċjali, Adrian Delia fakkar lil Robert Abela f’erba’ affarijiet li hu bhala Prim Ministru skarta f’dan l-indirizz lin-nazzjon.

1: il-kuntratt tal-isptarijiet. Kuntratt li għadu ma tħassarx. Bil-PN iressaq mozzjoni Parlamentari ħalli bħala poplu ma nibqgħux noħorġu miljuni għalxejn.

2: Roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma wara li l-familji insterqu mill-Electrogas li qed jagħmlu l-miljuni minn fuq il-poplu, grazzi għall-kuntratt ta’ Konrad Mizzi.

3: Biex f’dan iż-żmien diffiċli li qed niffacjaw bħala pajjiz, il-Gvern jgħin lill-100,000 ħaddiem li abbanduna meta ħabbar il-pakketti finanzjarji, filwaqt li fakkru fis-surpluss li tant ftaħar bih il-Gvern Laburista.

4: Fakkru kif għaddew mitt jum minn meta wiegħed li jsir dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq it-televiżjoni dibattitu li s’issa Robert Abela ilu 100 jum jaħrab minnu anke jekk fl-ewwel jiem tiegħu bħala Prim Ministru ddikjara fil-mikrofonu ta’ Net News li m’għandu l-ebda problema jagħmel dibattitu ta’ dan it-tip.