Każ ġdid f’dawn l-aħħar 24 siegħa. Min-naħa l-oħra, kompla jikber in-numru ta’ persuni li fiequ mill-Covid-19 hekk kif 39 oħra kienu dikjarati li fiequ.
Għaldaqstant, skont in-numri maħruġa llum mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, b’kollox hawn 445 każ f’pajjiżna. Meta jitnaqqas in-numru ta’ persuni li fiequ u t-tlieta li tilfu ħajjithom, in-numru ta’ każi attivi f’Malta hu ta’ 241
Il-każ pożittiv li rriżulta f’dawn l-aħħar 24 siegħa hu ta’ raġel Libjan ta’ 31 sena li jgħix fil-komunita’ u ma kellux sintomi. Il-persuni li jgħixu fl-istess dar qed jinżammu taħt kwarantina.
