Il-kumpanija CassarCamilleri qed tgħin bis-sħiħ lill-kommunità bill-qed tipproduċi Hand Sanitiser għall-poplu Malti. Dan qed tagmħlu biex tgħin fil-ġlieda li qed issir kontra l-pandemija tal-COVID-19.
F’perjodu fejn l-indafa tal-idejn hija waħda primarja u mportanti għall-aħħar il-kumpanija CassarCamilleri qed iddeċidiet li tibda tħaddem impjant f’San Ġwann biex timmanifattura dan il-prodott biex tassisti wkoll lill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Malta sofriet minn nuqqas ta’ Hand Sanitizer u konferma ta’ dan hija t-talba u d-domanda kbira li kien hemm minn naħa tal-pubbliku inġenerali għal dan il-prodott.
Cassarcamilleri Ltd hija aktar magħrufa għall-produzzjoni tal-ilma Fontana, Coolee Squashes u liqueurs lokali bħal Black Eagle Anisette u Zeppi’s. Il-kumpanija ħadet deċiżjoni mill-ewwel biex tipproduċi xi ħaġa li qatt ma ħolmot li kiene se tagħmel. .
CassarCamilleri se tagħmel donazzjoni ta’ 6,700 flixkun ta’ of hand sanitiser li jismu Sanitan għall-awtoritajiet tas-saħħa lokali biex tgħin fil-ġlieda tal-pandemija li għaddejja minnha d-dinja.
“Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil dawk kollha li għandhomn x’jaqsam mal-awtoritajiet tas-saħħa għax-xogħol iebes u siewi li qegħdin jagħmlu fil-ġlieda tagħhom kontra l- COVID-19” – Jeremy Cassar, Kap Eżekuttiv ta’ CassarCamilleri qal dwar din in-novità u saħaq ukoll dwar il-bżonn tal-pubbliku biex iżomm b’saħħtu u taħt sigurtà fid-dar u joqgħod għal dak kollu li qed jgħidu l-awtoritajiet tas-saħħa.
//= $special ?>