Internazzjonali

Covid-19: Il-WHO tħeġġeġ protezzjoni akbar għaċ-ċentri bir-residenti vulnerabbli

L-Organizzazzjoni Dinjija tas=Saħħa (WHO) għamlitha ċara li l-faċilitajiet għall-ħarsien tal-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jridu jingħataw aktar protezzjoni f’dawn iż-żmenijiet diffiċli.

Hans Kluge, id-direttur reġjonali tal-WHO għall-Ewropa, ħeġġeġ biex il-Gvernijiet Ewropej jagħtu priorità lit-testijiet għall-ħaddiema u r-residenti ta’ dawn id-djar ħalli jindikaw il-veru potenzjal tal-coronavirus.

Kluge, li kien qed jitkellem fid-Danimarka, innota li kważi nofs l-imwiet bil-coronavirus fl-Ewropa kienu ta’ residenti f’dawn il-faċilitajiet għall-kura u enfasizza li l-ħaddiema li qed jieħdu ħsieb in-nies vulnerabbli jeħtieġu ‘aktar għajnuna u provvisti’.

Hans Kluge kompla li jrid isir minn kollox biex dawn il-ħaddiema dedikati jkollhom ilbies u tagħmir protettiv xieraq waqt li faħħarhom bħala ‘il-vera eroj tal-era ddominata mill-pandemija’.