Internazzjonali

Covid-19: L-Italja tirrapporta 464 mewta oħra

L-Uffiċjali fl-Italja kkonfermaw 464 mewta oħra relatati mal-Covid-19 (coronavirus) fl-aħħar 24 siegħa. B’hekk l-ammont tal-vittmi fil-pajjiż tela’ għal 25,549, li hu t-tieni l-ogħla fid-dinja wara l-vittmi fl-Istati Uniti.

Kienu rappurtati wkoll mal-2,646 infezzjonijiet ġodda iżda l-ammont ġenerali ta’ każi kkonfermati attwali niżel għal 106,848 — jew tnaqqis ta’ kważi 900.