Hospice Malta għadha għaddejja bix-xogħol tagħha ma’ ‘l fuq minn 550 familja kull xahar. Fuq pariri tal-Awtoritijiet tas-Saħħa, il-Moviment qiegħed jgħin lill-familiji fil-ħtieġa ta’ kura paljattiva mingħajr ma ħadd ikun f’periklu żejjed ta’ kontaminazzjoni billi x-xogħol qegħdin mid-djar u f-fid-djar.
Bħalissa għaddej kuntatt regolari permezz ta’ telefonati billi l-professjonisti jagħmlu pjan ta’ kura għall-problemi mediċi, prattiċi, emozzjonali, psikoloġiċi kif ukoll spiritwali.
Hospice Malta fakkret ukoll dwar is-servizz ta’ On Call wara l-ħinijiet tax-xogħol, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-4.30pm u l-10.30pm kif ukoll fi tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi, bejn it-8.30am u l-10.30pm.
Fakkret ukoll kif qed toffri filmati fuq il-mezzi tagħha fuq facebook li jinkoraġixxu l-eżerċizzju fiżiku fid-dar u attivitajiet oħra biex wieħed iħossu attiv. Filmati oħra mtella’ huma dawk b’pariri minn complementary therapist ma’ filmati b’messaġġi ta’ inkoraġġiment.
//= $special ?>