Coronavirus Futbol Sport

Il-Bundesliga jista’ jkompli mid-9 ta’ Mejju

(Ritratt: EPA)

Il-Kap tad-Deutsche Fußball Liga Christian Seifert qal li jekk jirċievu l-approvazzjoni mill-Gvern Ġermaniż, il-Bundesliga jista’ jerġa’ jibda mid-9 ta’ Mejju. Il-kampjonat Ġermaniż ilu sospiż minn nofs Marzu u se jibqa’ tal-anqas sal-aħħar ta’ April. Dan minħabba t-tixrid tal-coronavirus li nfetta madwar 150,000 persuna qatel aktar minn 5,000 persuna fil-pajjiż.

Id-deċiżjoni finali tista’ tingħata l-ġimgħa d-dieħla wara laqgħa li se ssir bejn il-Kanċillier Angela Merkel u l-mexxejja tal-pajjiżi. Jekk l-istaġun ikun abbandunat, iridu jsiru pagamenti lura lill-kumpaniji tat-televiżjoni.

Seifert kien qed jitkellem wara laqgħa mal-klabbs tal-ewwel u t-tieni diviżjoni biex jiġu ffinalizzati l-miżuri ta’ saħħa u sigurtà u l-logħob ikunu jistgħu jintlagħbu mingħajr spettaturi. It-tmexxija tal-kampjonat wissiet li ħafna klabbs fl-ewwel u t-tieni diviżjoni għandhom futur finanzjarju u ħafna minnhom jistgħu jfallu jekk il-logħob ma jkomplix sa Ġunju.