Internazzjonali

Il-green cards: Tibda s-sospensjoni effettiva fl-Istati Uniti

Ritratt AP News

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, iffirma direttiva eżekuttiva għas-sospensjoni temporanja ta’ diversi green cards, li effettivament jippermettu residenza permanenti għall-barranin f’dan il-pajjiż.

Il-miżura – b’numru ta’ eżenzjonijiet – se tibqa’ fis-seħħ għal 60 jum u Trump ma jeskludux li dan iż-żmien kapaċi jkun estiż.

Donald Trump għadu jinsisti li d-direttiva taħseb biex tipproteġi l-impjiegi tal-Amerikani, meta l-ekonomija tal-Istati Uniti, fl-aħħar ġimgħat, ġarrbet l-agħar impatt mill-coronavirus.

Mill-banda l-oħra, il-kritiċi akkużaw lil Trump b’li qed ‘jisfrutta l-konsegwenzi tal-pandemija’ biex jixpruna ‘tip ta’ politika estremista għall-immigrazzjoni li kienet ilha f’moħħu’, fis-sena tal-elezzjoni għall-Presidenza tal-Istati Uniti.